Fuq il-paġna ‘Kate: Writing My Story’, Kate żvelat li se tqatta’ tliet ġimgħat oħra barra minn Malta, tirċievi t-terapija biex tkompli ttejjeb saħħitha.
Kitbet, “Mhux kull vjaġġ għandu bżonn raġuni. Xi kultant, ir-raġuni hi biss li għadni m’iniex lesta nipprova. Illum, sejrin Harlow, fejn se nqatta’ tliet ġimgħat naħdem f’NAPA, ċentru tat-terapija.”
Żiedet tgħid, “Qatt ma nkunu nafu x’se ġġib magħha t-terapija intensiva. Forsi moviment ġdid, jew ftit iktar saħħa, kontroll aħjar... jew xi ħaġa tant żgħira li n-nies lanqas jindunaw. Imma fid-dinja tiegħi, affarijiet żgħar jistgħu jkunu kbar ħafna.”
Kompliet tisħaq, “Mhux qed nistenna mirakli, sempliċiment opportunitajiet. Sakemm hemm opportunita` għalija, ommi u missieri se jkomplu jagħtuni dak iċ-ċans.”
Inżommuha fit-talb tagħna biex din it-terapija toffrilha iktar saħħa u indipendenza. Kuraġġ Kate!
Facebook / Kate: Writing My Story