“Awguri Missier! Illum Missieri Jikber Sena Oħra… Il Capo Tal-Familja!” – Fabrizio Faniello

Il-kantant lokali Fabrizio Faniello, li bla dubju m’għandu bżonn l-ebda introduzzjoni mal-qarrejja tal-Gwida, illum awgura lill-għażiż missieru f’jum għeluq sninu permezz ta’ messaġġ profond fuq il-paġna tiegħu.

Hu kitiblu bil-lingwa Taljana, “Awguri missier! Illum missieri jikber sena oħra... il capo tal-familja! Is-snin jgħaddu, imma int dejjem tibqa’ l-istess... imma bi ftit inqas xaghar u ftit iktar stejjer xi tgħid!”

Żied jgħid, “Apparti ċ-ċajt, missier, nixtiqlek ħafna saħħa, ferħ, paċi, u fuq kollox, ħafna iktar snin li nistgħu niċċelebraw flimkien. Inħobbok ħafna! U ftakar... illum int dejjem għandek raġun!”

Nawgurawlu mill-qalb u nisperaw li jkollu ġurnata mill-isbaħ mal-għeżież tiegħu! Xewqat sbieħ!

Ritratti:

Facebook / Fabrizio Faniello

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI