Is-Sindku tal-Mellieħa, John Pillow, awgura mill-qalb lin-neputi tiegħu Zachary f’jum għelulq sninu. Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu kitiblu messaġġ li juri apprezzament kbir lejh, flimkien ma’ ritratt gustuż tagħhom it-tnejn flimkien.
Hu kiteb, “Awguri f’għeluq il-ħmistax-il sena tan-neputi tiegħi, Zachary Pillow! Fejn taru s-snin? Int kbir malajr u sirt twil ħafna! Kemm jien kburi bir-raġel żgħir li qed issir! Awguri f’għeluq sninek! Inħobbok ħafna.”
Dan il-messaġġ irċieva diversi kummenti t’awgurju mill-Maltin, li kollha xtaqu jawguraw mill-qalb lill-għażiż Zachary f’din il-ġurnata speċjali.
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu l-isbaħ xewqat. Nisperaw li jirċievi dak kollu li tixtieq qalbu u li jkollu ġurnata mill-aqwa flimkien mal-għeżież tiegħu!
Facebook / John Pillow Sliema Mayor