Miriam Azzopardi hi il-mara ta’ 47 sena li sfat vittma ta’ femiċidju riċentament f’Malta.
L-aħħar tislima se tingħata nhar it-tlieta, disgħa u ghoxrin ta’ Settembru fit-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar, f’Ħal-Qormi, il-Knisja ta’ San Ġorġ. Dan tħabbar minn bint Miriam fuq il-mezzi soċjali tagħha. Hi rringrazzjat lil kull min se jkun preżenti waqt il-funeral, għaliex il-preżenza u t-talb tagħna jfisser ħafna għall-familja ta’ Miriam, waqt dan iż-żmien tant diffiċli.
Isaac Asare huwa r-raġel li ġie arrestat f’konnessjoni ma’ dan il-femiċidju. Hu bħalissa qed iwieġeb li mhux ħati.
Tistrieħ fis-sliem u l-paċi Miriam Azzopardi. Nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari tagħha u lil uliedha l-għeżież.
Facebook / Shazz Azzopardi