Ftit sigħat ilu, folol kbar li hu stmat li jlaħħqu madwar 800,000 ruħ, laqgħu lil Papa Ljun XIV ġewwa Pariġi. Quddiem din l-udjenza numeruża, il-Mexxej tal-Knisja Kattolika ċċelebra quddiesa fejn il-messaġġ ewlieni fl-omelija kien li lkoll neħtieġu lil Alla jekk nixtiequ li ngħixu ħajja mimlija.
Il-Papa jinsab fit-tieni ġurnata taż-żjara tiegħu ġewwa Franza. Fis-sigħat u fil-jiem li ġejjin hu mistenni jżur xi bliet Franċiżi oħrajn fosthom Lourdes, fejn jingħad li dehret il-Madonna lil tifla ta' 14-il sena.
F'wieħed mill-indirizzi tiegħu, il-Kap tal-Vatikan esprima wkoll it-tama tiegħu li "Franza tkompli sservi bħala xempju tal-paċi". Saħaq li jittama li l-pajjiż iżomm leali lejn il-valuri tradizzjonali tiegħu, u b'hekk jaħdem sabiex madwar id-dinja ssaltan il-paċi.
Facebook / The Vatican News