“Beda Jiffriska!” – Bħalissa Nieżla X-Xita F’Diversi Lokalitajiet Madwar Malta

F'diversi bliet u rħula madwar Malta u Għawdex bħalissa nieżla x-xita. Qed jissemma li x-xita nieżla l-iżjed qawwija f'dawk il-lokalitajiet li jinsabu fiċ-ċentru jew lejn in-naħa ta' fuq ta' Malta.

Is-sit 'Aġġornament tat-Temp' spjega li din ix-xita ma kinitx imbassra u hija konsegwenza ta' sħab li fforma fis-sigħat ta' wara nofsinhar.

Hekk kif it-temp tipiku xitwi qed jidħol ġmielu, it-temperaturi qed jibdew neżlin ukoll xi ftit jew wisq u l-arja qed tiffriska; fil-fatt, bħalissa t-temperatura qed tinħass madwar 25°C.

Skont it-tbassir tat-temp maħruġ mill-Uffiċju Meteroloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, it-temp matul is-sebat ijiem li ġejjin mistenni jibqa' msaħħab, hekk kif mhux qed jiġu esklużi xi ħalbiet tax-xita f'ċerti jiem.

Ritratti:

Facebook / Patricia Kellett u Aġġornament tat-Temp

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI