Hekk kif f'dawn il-jiem, eluf ta' studenti Maltin se jkunu qed jirritornaw wara l-bankijiet tal-iskola, il-mudella żagħżugħa Chrizaya Attard qasmet appell kontra l-bullying. Hi sostniet li "kull tifel u tifel jistħoqqilhom iħossuhom siguri u rispettati".
F'filmat li tellgħet fuq il-midja soċjali, Chrizaya ħeġġet lil kull tifel u tifla li qed jesperjenzaw il-bullying jew li jafu b'xi ħadd li qiegħed jesperjenza l-bullying sabiex jitkellmu ma' xi adult li jafdaw.
"Kull tifel u tifla għandu jkollu spazju sigur fejn jitkellem mingħajr biża'," saħqet il-personalità żagħżugħa fejn ħeġġet lil kulħadd sabiex ikun sors ta' pożittività u mħabba għal dawk ta' madwaru.
Instagram / Chrizaya Attard