Issa
171 Kanzunetta Sottomessa Għal Mużika Mużika 2027! – Jibda L-Proċess Biex Jingħażlu L-Aqwa 30!
Eileen Cumbo Salerno
Illum
L-eċitament għal Mużika Mużika 2027 diġà beda hekk kif Festivals Malta ħabbret il-bidu tal-ewwel fażi tal-proċess tal-għażla tal-kanzunetti li se jieħdu sehem fl-edizzjoni tas-sena d-dieħla.Permezz ta’ filmat ippubblikat fuq il-midja soċjali, Festivals Malta spjegat il-proċess li jgħaddu minnu l-kanzunetti sottomessi qabel jintgħażlu dawk li se javvanzaw għall-fażi li jmiss. L-applikazzjonijiet għal din l-edizzjoni fetħu f’Lulju u għalqu f’Settembru, b’kollox jiġu sottomessi 171 kanzunetta. Kull kanzunetta li tiġi sottomessa tingħata numru ta’ reġistrazzjoni li jibqa’ marbut magħha sal-aħħar tas-serata finali tal-festival. It-tim ta’ Festivals Malta mbagħad jivverifika li kull kanzunetta tkun konformi mar-regolamenti, fosthom li t-tul tagħha ma jaqbiżx it-tliet minuti u nofs. Wara din il-verifika, il-kanzunetta, il-lirika u n-numru ta’ reġistrazzjoni jintbagħtu lill-ġurija. Il-ġurija hija magħmula minn membri ta’ etajiet, ġeneri u esperjenzi differenti sabiex il-kanzunetti jiġu evalwati minn perspettivi varji.L-ewwel fażi tal-għażla bdiet illum u se tkun mifruxa fuq erbat ijiem. Matul dan il-perjodu, il-membri tal-ġurija se jisimgħu l-171 kanzunetta kollha u jagħtu l-voti tagħhom sabiex jintgħażlu l-ewwel 50 kanzunetta. Fir-raba’ ġurnata, issir votazzjoni oħra li permezz tagħha jintgħażlu l-aħjar 30 kanzunetta, li mbagħad jgħaddu għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni.Dawn it-30 kanzunetta aktar tard jiġu interpretati waqt sessjoni ta’ provi, fejn ġurija differenti tagħżel is-16-il kanzunetta finalista.