“Kull Student Għandu T-Talenti U L-Aspirazzjonijiet Tiegħu” – Il-Prim Ministru Robert Abela

Il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien ma’ martu Dr Lydia Abela, illum żar l-Alternative Learning Programme (ALP) f’Raħal Ġdid, fejn kellu l-opportunità jara mill-qrib it-tagħlim prattiku u l-esperjenzi edukattivi li qed jingħataw liż-żgħażagħ.

Permezz ta’ filmat li qasam fuq il-midja soċjali, il-Prim Ministru enfasizza dwar l-importanza li s-sistema edukattiva tagħraf il-ħiliet u l-aspirazzjonijiet differenti ta’ kull student.

“Kull student għandu t-talenti u l-aspirazzjonijiet tiegħu, u rridu nagħtuh l-opportunità li jilħaq il-potenzjal tiegħu,” kiteb Robert Abela. Huwa saħaq ukoll fuq l-impenn li jkompli jsir investiment f’sistema edukattiva li toffri opportunitajiet differenti liż-żgħażagħ, filwaqt li tgħinhom jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom u jħejju ruħhom għall-futur.

“Se nkomplu ninvestu f’sistema edukattiva li tagħraf il-ħiliet differenti u tiftaħ aktar toroq għall-futur taż-żgħażagħ tagħna,” temm jgħid il-Prim Ministru.

Ritratt:

Facebook/ Robert Abela

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

171 Kanzunetta Sottomessa Għal Mużika Mużika 2027! – Jibda L-Proċess Biex Jingħażlu L-Aqwa 30! 

L-eċitament għal Mużika Mużika 2027 diġà beda hekk kif Festivals Malta ħabbret il-bidu tal-ewwel fażi tal-proċess tal-għażla tal-kanzunetti li se jieħdu sehem fl-edizzjoni tas-sena d-dieħla.Permezz ta’ filmat ippubblikat fuq il-midja soċjali, Festivals Malta spjegat il-proċess li jgħaddu minnu l-kanzunetti sottomessi qabel jintgħażlu dawk li se javvanzaw għall-fażi li jmiss. L-applikazzjonijiet għal din l-edizzjoni fetħu f’Lulju u għalqu f’Settembru, b’kollox jiġu sottomessi 171 kanzunetta. Kull kanzunetta li tiġi sottomessa tingħata numru ta’ reġistrazzjoni li jibqa’ marbut magħha sal-aħħar tas-serata finali tal-festival. It-tim ta’ Festivals Malta mbagħad jivverifika li kull kanzunetta tkun konformi mar-regolamenti, fosthom li t-tul tagħha ma jaqbiżx it-tliet minuti u nofs. Wara din il-verifika, il-kanzunetta, il-lirika u n-numru ta’ reġistrazzjoni jintbagħtu lill-ġurija. Il-ġurija hija magħmula minn membri ta’ etajiet, ġeneri u esperjenzi differenti sabiex il-kanzunetti jiġu evalwati minn perspettivi varji.L-ewwel fażi tal-għażla bdiet illum u se tkun mifruxa fuq erbat ijiem. Matul dan il-perjodu, il-membri tal-ġurija se jisimgħu l-171 kanzunetta kollha u jagħtu l-voti tagħhom sabiex jintgħażlu l-ewwel 50 kanzunetta. Fir-raba’ ġurnata, issir votazzjoni oħra li permezz tagħha jintgħażlu l-aħjar 30 kanzunetta, li mbagħad jgħaddu għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni.Dawn it-30 kanzunetta aktar tard jiġu interpretati waqt sessjoni ta’ provi, fejn ġurija differenti tagħżel is-16-il kanzunetta finalista. 

PARTNERS UFFIĊJALI