Bosta sellmu l-memorja ta' Andreas Curmi, li sfortunatament ħalla din id-dinja. Kulħadd bi kliem biex jiddeskrivu l-personalitá sabiħa tiegħu. Fosthom hemm il-mużiċist Toby Farrugia, li kien jafu sew u ċertament jinsab f'dieqa f'dawn il-mumenti.
"M'hemmx kliem biżżejjed biex tiddeskrivi kemm hi inġusta din il-ħajja... Konna għadna kemm qed nippjanaw biex immorru camping... Inti tibqa' dejjem veru ġentlom, missier mill-aqwa u bniedem ħabrieki; fuq kollox, dejjem qistek bħala ħija li dejjem poġġa lill-oħrajn qablu. Il-kondoljanzi sinċiera tiegħi lill-familja tiegħek."
Toby jkompli, "Nipprova nsib il-paċi billi niftakar fl-umiltà tiegħek, fil-qalb tajba tiegħek u fit-tbissima li qatt ma kienet titlaq minn fuq wiċċek. Qatt mhu se ninsewk, Andreas."
Jiddispjaċina immens għal din it-telfa. Strieħ fis-sliem, Andreas.