Nisimgħu b’ħafna priġunieri jiskonataw sentenza għal xi raġuni jew oħra. Tassew li jkunu qed ipattu għal dak li għamlu, iżda ħaġa li forsi ma tantx naħsbu dwarha hija dawk in-nies li jibqgħu barra jistennewhom u jbatu magħhom. Fost l-aktar figurli ewlenin f’dawn il-każijiet insibu lill-omm. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Prof Andrew Azzopardi tkellem dwar dan.
Qal, “Matul dawn l-aħħar snin li ilni nipprova ngħin biex il-priġunieri jiġu trattati b’umanità waħda mill-affarijiet li qatt ma rnexxieli nidra hija t-tbatija li nara meta twaqqafni jew iċċempilli xi omm ta' xi priġunier.”
Żied, “Minn għajnejha jew mit-ton tal-vuċi tagħha, ninduna bit-tbatija li tkun għaddejja minnha u li qed tgħaddi minnha. Saħansitra kellna każ ta’ matriċidju lbieraħ, hux, biex iġegħelna nidħlu f’qoxortna. Kemm ibatu l-ommijiet, Madonna! Imma xorta jibqgħu lesti jagħtu ħajjithom, anke litteralment.