Għal darb’ oħra Christa Cilia laqqgħet lis-segwaċi tagħha ma’ klieb li għalkemm kienu sfortunati matul ħajjithom s’issa, jidher li ħajjithom ser tara bidla pożittiva. Dan hekk kif wara snin ma jieħdux l-attenzjoni li tixraqilhom, issa jinsabu taħt il-kura ta’ Christa Cilia.
Christa spjegat li t-tnejn għandhom problemi f’għajnejhom li jeħtieġu attenzjoni medika. Għaldaqstant, se jsir appuntament ma’ veterinarju speċjalizzat fil-problemi tal-għajnejn sabiex tiġi evalwata l-kundizzjoni tagħhom u jiġi stabbilit x’jista’ jsir biex jingħataw l-għajnuna meħtieġa.
Għalissa, Ċikka u Ġanna qed jidraw l-ambjent il-ġdid tagħhom.
Prosit ta’ dan il-ġid li tagħmel ta’ kuljum!