Hemm dati li jibqgħu mnaqqxa għal dejjem fil-qalb, u għal Gino Lombardi, il-ġurnata tal-lum tfakkar f’żewġ okkażjonijiet mill-isbaħ li jagħmlu din il-ġurnata waħda tassew speċjali.
L-awtur Malti qasam messaġġ mill-qalb fejn awgura lil bintu l-kbira, Kimberley, f’għeluq sninha. Iżda din il-ġurnata għandha tifsira oħra għalih u għal martu Carmen, għax illum qed jiċċelebraw ukoll id-39 anniversarju minn meta qalu iva lil xulxin.
Gino spjega, kif Kimberley twieldet proprju fit-tieni anniversarju taż-żwieġ tiegħu u ta’ Carmen, u b’hekk din id-data saret marbuta ma’ żewġ mumenti mill-isbaħ f’ħajjithom: il-bidu tal-ħajja miżżewġa tagħhom u l-wasla tal-ewwel wild tagħhom.
Fil-messaġġ tiegħu, Gino awgura lil dawn iż-żewġ nisa tant għal qalbu, filwaqt li rringrazzja lil Carmen għal kollox, u temm il-kliem tiegħu b’messaġġ ta’ mħabba.
Minn qalbna, nawguraw lil Kimberley f’għeluq sninha u lil Gino u lil Carmen f’dan l-anniversarju speċjali. Jalla l-imħabba li sawret il-familja tagħhom tkompli tikber ma’ kull sena li tgħaddi!
Facebook/Gino Lombardi