Illum huwa jum speċjali għall-familja tal-Membru Parlamentari, Graham Bencini, għax ibnu ż-żgħir Zac, qed jiċċelebra għeluq ir-raba’ sena tiegħu.
F’din l-okkażjoni, Graham qasam messaġġ mill-qalb fejn awguralu f’dan il-jum tant sabiħ, filwaqt li esprima, “li narak tikber kuljum hija barka u privileġġ”, turija ta' kemm hi ħaġa sabiħa għalih, li jista’ jara lil ibnu jikber jum wara jum.
Fil-messaġġ tiegħu, Graham ħeġġeġ lil Zac biex qatt ma jieqaf joħlom u jkun imaġinattiv, kif ukoll, jibqa’ t-tifel ta' qalbu tajba li hu, u dejjem jemmen li jista’ jikseb dak kollu li jixtieq jekk jagħmel ħiltu. Messaġġ sempliċi iżda mimli mħabba, li jfakkarna kemm huma prezzjużi l-mumenti li ngħaddu ma’ wliedna u kemm hu sabiħ li narawhom jikbru u jiżviluppaw quddiem għajnejna.
It-Tim ta' Gwida.mt ukoll jawgura lil Zac f’għeluq ir-raba’ sena tiegħu! Jalla jkollu ħajja mimlija saħħa, ferħ, tbissim u ħolm li jsir realtà.
Facebook/Graham Bencini