Il-preżentatriċi Elaine Sammut kitbet messaġġ mill-qalb lill-imħabba ta' ħajjitha Alex Mangion f’okkażjoni speċjali ta’ għeluq sninu.
Permezz ta’ messaġġ romantiku fuq il-midja soċjali, Elaine awguratlu jum mimli ferħ, imħabba, daħk u mumenti sbieħ, filwaqt li saħqet kemm tħossha xxurtjata li għandha lil Alex f’ħajjitha.
Hi ssemmi kemm tinsab dejjem hemm miegħu, u trid tagħtih l-imħabba u l-appoġġ li jistħoqqlu. Elaine kompliet tistqarr kemm hi grata li Alex jinsab f’ħajjitha u kemm tinsab ħerqana li jaqsmu flimkien aktar memorji sbieħ.
"Awguri f’għeluq sninek, qalbi! Inħobbok aktar milli jistgħu jesprimu l-kliem. Jalla l-Mulej jibqa’ dejjem miegħek. Grazzi ta' dak li int. Grazzi talli tappoġġjani u, fuq kollox, talli tħobbni. Int persuna tal-għaġeb!"
Qasmet diversi ritratti memorabbli tagħhom flimkien. Xewqat sbieħ!
Facebook/ Elaine Sammut