Illum tiċċelebra għeluq sninha persuna importanti f'ħajjet il-kantanta lokali Amber - l-imħabba ta' ħajjitha Olwyn. Hi tiktbilha messaġġ mill-isbaħ fejn apparti tesprimi kemm tfisser għaliha,
"Happy Birthday lill-Mummy Ol tagħna! Illum hi l-ġurnata tiegħek! Niċċelebraw lilek, dak kollu li INT u dak kollu li jagħmlek daqshekk speċjali għalina. Grazzi talli dejjem tkun hemm għalina, tkun xi tkun is-sitwazzjoni."
Amber tkompli, "Għalina lkoll, int dik il-persuna speċjali li dejjem nistgħu nduru lejha, għax nafu li se nsibu spalla fuq xiex nistrieħu u qalb mimlija mħabba. Happy Birthday, Mummy Ol! Għalina, int id-dinja kollha. U kieku kelli nerġa’ nagħżel, nerġa’ nagħżel lilek f’kull univers. Inħobbuk ħafna!"
Qasmet anke diversi ritratti tagħhom bħala familja. Memorji mill-isbaħ li żgur jibqgħu prezzjużi immens jgħaddi kemm jgħaddi żmien.
Nawgurawlek mill-qalb, Olwyn!