Dalgħodu L-Papa Sar L-Ewwel Kap Tal-Knisja Kattolika Li Qatt Ivvota Fl-Elezzjonijiet Tal-Amerka

Papa Ljun XIV għadu kif kiteb l-istorja billi sar l-ewwel mexxej fl-istorja tal-Knisja Kattolika li qatt ivvota f'elezzjoni Amerikana.

Fil-fatt, ftit sigħat ilu, ġie rrappurtat fuq il-midja internazzjonali li l-Papa ssottometta l-vot tiegħu billi bagħtu bil-posta proprju mill-Vatikan. Dan hekk kif bħalissa fl-Istati Uniti tal-Amerka għaddejjin l-elezzjonijiet ta' nofs it-terminu li r-riżultat tagħhom mistenni jkun deċiżiv għall-futur tal-President Amerikan Donald Trump.

Fi stqarrija li ħareġ il-Vatikan ġie spjegat li ll-Papa ħa din id-deċiżjoni għaliex "jemmen fl-importanza li ċ-ċittadini lkoll jipparteċipaw fil-proċessi demokratiċi li jseħħu f'pajjiżhom". Issemma kif anke meta l-Papa snin ilu kien jgħix il-Perù fuq missjoni, dak iż-żmien ukoll kien jivvota fl-elezzjonijiet Amerikani.

F'Mejju tas-sena l-oħra, Papa Ljun XIV ħa f'idejh it-tmun tal-Knisja Kattolika u b'hekk sar l-ewwel Papa fl-istorja mill-Istati Uniti tal-Amerka.

Ritratt:

Instagram / @pontifex u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI