L-għodwa tal-Ġimgħa sebħet b'ajru msaħħab li kompla jissaħħab sakemm laħaq il-qofol tiegħu fis-sigħat ta' wara nofsinhar b'diversi ħalbiet tax-xita li laqtu nħawi differenti madwar Malta u Għawdex.
Dan hekk kif għadd ta' bassara tat-temp lokali fosthom l-Uffiċju Meteroloġiku ta' Malta qed jantiċipaw tmiem il-ġimgħa ddominat mix-xita u r-ragħad.
Jidher li dawn il-ġranet se jgħinu sabiex tkompli titbaxxa t-temperatura, hekk kif issa x-xitwa qed toqrob ġmielha.

Facebook / Malta Weather u Cristian Tonna