Proprju bħal-lum 78 sena ilu, fil-fliegu ta' bejn Malta u Għawdex seħħet traġedja li serqet il-ħajja ta' 23 persuna. Dan hekk kif luzzu li kien qed jaqsam bejn iż-żewġ gżejjer għereq wara li sab ruħu wiċċ imb wiċċ mal-mewġ qalil li ġabet magħha maltempata qawwija ferm f'dik il-lejla.
Fit-30 t'Ottubru tal-1948, il-vapur MV Bancinu, li kien jaqsam regolarment bejn iż-żewġ gżejjer, sab ruħu jbaħħar f'riħ qawwi ħafna wara nofsinhar.
Dan wassal sabiex il-bastiment mhux biss kellu jittardja l-wasla tiegħu f'Malta, iżda wkoll kellu jbiddel il-pjan u minflok niżżel il-passiġġieri f'San Pawl il-Baħar.
Minħabba dan id-dewmien, il-vjaġġ li kellu jsir fl-16:30 minn Malta għal Għawdex ġie kkanċellat. Il-passiġġieri li baqgħu l-art spiċċaw qasmu l-fliegu fuq luzzu li, meta ffaċja l-mewġ u l-maltemp, għereq.
Wara nstab li l-luzzu kien qed iġorr 25 passiġġier u żewġ membri tal-ekwipaġġ, kważi d-doppju ta' dak li seta' jġorr b'mod sigur. Mis-27 persuna li kienu abbord, 23 tilfu ħajjithom.
Illum il-ġurnata fl-Imġarr, Għawdex, hemm tifkira ta' dawn il-vittmi.
Jistrieħu fis-sliem il-vittmi ta' din it-traġedjaa.
Wikipedia / 1948 Gozo Luzzu Disaster u Paul Falzon (minn Times of Malta)