Ftit sigħat ilu, mijiet ta' Maltin u Għawdxin ingħaqdu sabiex juru s-solidarjetà u l-appoġġ tagħhom wara li żagħżugħ ta' 31 sena bl-isem ta' Malik Hussein ġie rrappurtat nieqes.
Ġie spjegat kif Malik ħareġ mid-dar fis-sigħat ta' filgħodu u baqa' ma rritornax. Hu kien intlemaħ l-aħħar fl-inħawi ta' Baħar iċ-Ċagħaq.
B'xorti tajba, ftit sigħat ilu, omm iż-żagħżugħ ikkonfermat li binha nstab qawwi u sħiħ.
Fuq il-midja soċjali, il-Ministru Julia Farrugia spjegat kif Malik Hussein instab bis-saħħa ta' informazzjoni li ngħatat mill-pubbliku. F'dan l-isfond, hi ħadet l-okkażjoni sabiex tirringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom sabiex dan iż-żagħżugħ seta' jirritorna lejn daru qawwi u sħiħ.
Prosit tassew!
Facebook / Lorraine Hussain