Ftit inqas minn xahar ieħor, sewwasew fis-27 ta' Novembru, madwar id-dinja tasal għal darb'oħra l-ġurnata ta' Black Friday. Dan il-jum huwa magħruf għall-bosta skontijiet u offerti li jġib miegħu.
Matul dawn l-aħħar snin, f'pajjiżna d-drawwa ta' Black Friday daħlet ġmielha tant li f'dik il-ġurnata l-ħwienet u l-istabbilimenti Maltin u Għawdxin isibu rwieħhom miżgħuda bin-nies hekk kif bosta jieħdu l-opportunità sabiex jixtru r-rigali tal-Milied bil-lest jew inkella jibbenefikaw minn xi offerta tajba.
Din id-drawwa twieldet proprju fl-Istati Uniti ġewwa Philadelphia fis-snin sittin meta bosta Amerikani kienu jerħulha sabiex jixtru r-rigali tal-Milied proprju l-għada ta' Thanksgiving; festa nazzjonali li l-poplu Amerikan jistenna bi ħġaru sena wara l-oħra.
Pexels