Illum Jieħu L-Pussess Kan. Bernard Micallef Fil-Parroċċa Ta’ Ħal Balzan

Numru ta’ paġni mill-parroċċa ta’ Ħal Balzan awguraw lil Kan. Bernard Micallef li llum ser jieħu l-pussess fil-parroċċa ta’ Ħal Balzan fis-sigħat li ġejjin.

Fuq il-paġna Marija Annunzjata u Ħal Balzan qalu, “Illum niċċelebraw il-pussess ta’ Kan. Bernard Micallef bħala s-27 Kappillan tal-parroċċa tagħna. L-Pussess se jixxandar live. Il-Parroċċa ta’ Ħal Balzan twaqqfet fl-14 ta’ Awwissu 1655 u matul l-istorja tagħha tmexxiet minn diversi kappillani li taw sehemhom fil-ħajja spiritwali u soċjali tal-komunità Balzanija.”

Żiedu, “Fosthom insibu lil Dun Adriano Zarb, l-ewwel kappillan tal-parroċċa, Dun Domenico Ellul, li kkontribwixxa għall-proġett tal-knisja parrokkjali l-ġdida. Mons. Karm Farrugia, li kien is-26 kappillan, issa jagħlaq kapitlu ieħor fl-istorja tal-parroċċa hekk kif Fr Bernard Micallef jibda l-ħidma pastorali tiegħu bħala s-27 kappillan.”

Awguri!

Ritratt:

Socjeta Filarmonika La Vincitrice, Senglea

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI