Titħabbar Il-Mewt Ta’ Freda Anastasi

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-Kunsillier f’Ħad Dingli Jean Paul Barbara sellem il-memorja ta’ Freda Anastasi li ħalliet din id=dinja riċentament.

Hu qal, “Rari ma jkollix kliem iżda llum waħda minn dawk il-ġranet. Ġimgħa ilu biss bgħattli biex tawgurali f’għeluq snini.”

Żied, “Strieħ fis-sliem għażiża Freda Anastasi. Napprezza immens kemm appoġġjajtni u kemm il-darba bgħattli biex tinkoraġġini. Nibqa’ ngħożż kull diskussjoni u kull telefonata li kellna. Kondoljanzi minn qalbi lir-raġel tagħha Richard u lil binha Andreas f’dan il-mument diffiċli.”

Noffru l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha tagħha.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI