Proprju ftit jiem wara li ċċelebra d-disa' anniversarju mal-imħabba ta' ħajtu tiegħu Vanessa, illum il-kantant u tabib lokali Gianluca Bezzina qed jiċċelebra għeluq is-37 sena tiegħu.
Gianluca llum il-ġurnata huwa wiċċ magħruf fost l-udjenza Maltija. Bosta kienu saru jafu bil-vuċi straordinarja u bil-personalità simpatika tiegħu fl-2013 meta b'kanzunetta sempliċi li rriflettiet il-karattru umli u twajjeb tiegħu kien irrappreżenta lil pajjiżna fil-Eurovision Song Contest.
Il-kanzunetta 'Tomorrow' kienet serqet mhux biss il-qlub ta' eluf ta' Maltin iżda wkoll ta' bosta oħrajn madwar l-Ewropa, tant li fil-fatt dik is-sena pajjiżna kien ġab riżultat pjuttost pożittiv hekk kif ikklassifika fit-tmien post.
Matul dawn l-aħħar snin, lil Gianluca rajnieh ukoll bħala wieħed mill-membri tal-ġurija ta' kompteizzjonijiet bħal X Factor kif ukoll The Voice Kids.
Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu.
Facebook / Gianluca Bezzina