Jum speċjali għal Robyn, li għalqet sitt snin u f’din l-okkażjoni rċeviet messaġġ mill-isbaħ mingħand missierha, Vinu Muscat, magħruf ukoll bħala l-koproprjetarju ta’ Sphinx Pastizzerija.
Permezz ta’ kitba mimlija mħabba, Vinu esprima kemm hija tfisser għalih bintu ċ-ċkejkna. Huwa ddeskriva lil Robyn bħala, it-tifla li timla ħajjithom b’tant imħabba, daħk u ferħ, u ma naqasx milli juri kemm huwa kburi li huwa missierha.
Fil-messaġġ tiegħu, Vinu wiegħed li dejjem se jkun hemm għaliha, biex iħobbha, jipproteġiha u jissapportjaha f’kull pass li tagħmel f’ħajjitha. Dan fil-verità hu kliem sempliċi, iżda jġorr fih sentiment kbir, għax għal missier, li jara lil bintu tikber u tkun kuntenta hija waħda mill-isbaħ rigali tal-ħajja.
Minn qalbu, it-Tim ta' Gwida.mt jawgura lil Robyn l-isbaħ xewqat f’għeluq is-sitt snin tagħha!
Facebook/Vinu Muscat