Il-Kantanta Lokali Claire McCartin Bi Rwol Ġdid Hekk Kif Saret Nanna!

Claire McCartin

Il-kantanta lokali u għalliema tal-vuċi Claire McCartin għadha kemm kellha ġurnata oħra speċjali immens f'ħajjitha, hekk kif il-ġimgħa l-oħra fit-3 ta' Novembru, twieled in-neputi tagħha Robin Anthony.

Dan ifisser li issa Claire qed tħaddan irwol ġdid, dak ta' nanna. Din hi l-ewwel darba li qed tgħożż dan it-titlu, u ċertament li hi okkażjoni speċjali u prezzjuża għaliha.

Binha Daniel qasam ritratt mill-isbaħ ftit sigħat wara t-twelid ta' Robin Anthony, fejn esprima l-ferħ kbir li qed iħossu hu u l-imħabba ta' ħajtu Yasmin Marie.

Awguri mill-qalb lil Claire, binha Daniel u Yasmin. Merħba Robin Anthony!

Ritratt:

Facebook/ Claire McCartin

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI