Jiġbru Mal-€1.4 Miljun Għal Żewġ Pulizija Li Salvaw Il-Ħajjiet Fl-Attakk Li Seħħ Fil-Polonja

Mewġa ta' solidarjetà mill-poplu Pollakk wasslet sabiex sa nhar it-Tnejn filgħodu nġabret is-somma ta' madwar €1.4 miljun b'risq żewġ uffiċjali tal-pulizija li fil-ħin meta pjazza fi Krakovja ġiet attakkata, kienu pronti poġġew ħajjithom fis-sogru sabiex waqqfu lill-aggressur milli jissokta bl-attakk.

Filmat li matul dawn l-aħħar jumejn inxtered fuq il-midja soċjali fost miljuni ta' persuni juri lill-aggressur liebes uniformi militari qed jiġi mwaqqaf minn uffiċjal tal-pulizija. Fil-filmat, l-aggressur jidher jaqa' mal-art wara li l-pulizija rnexxielu jwaqqfu b'suċċess milli jissokta bl-attakk. Ftit wara, il-pulizija wkoll jidher jaqa' mal-art billi hu wkoll kien sofra xi feriti.

Il-midja barranija semmiet li dawn iż-żewġ uffiċjali tal-pulizija, li t-tnejn qed jitqiesu mill-poplu Pollakk bħala eroj, it-tnejn weġġgħu serjament matul l-attakk. Fil-fatt, wieħed mill-uffiċjali saħansitra spiċċa f'koma li b'xorti tajba rnexxielu joħroġ minnha matul dawn l-aħħar sigħat. Dan l-uffiċjal issa jidher li jinsab f'qagħda serja iżda stabbli.

Minn meta seħħ l-attakk infetħu wkoll proċessi ta' ġbir ta' fondi b'risq il-familjari tas-sitt persuni li sfaw vittma u tilfu ħajjithom intortament fl-attakk.

Sors: TVP World

Ritratt:

Facebook / This Is Poland

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI