Residenti Tal-Qrendi Jmorru Mixja U Jżuru S-Siti Li Jinsabu F’Riskju Li Jiġu Żviluppati

Xi residenti tal-Qrendi ħadu l-inizjattiva li jmorru mixja madwar il-lokalità tagħhom il-Ħadd filgħodu bil-għan li jwasslu d-diżappunt tagħhom dwar xi proġetti ta' żvilupp li qed jiġu proposti.

Fil-fatt, huma żaru dawk is-siti li bħalissa jinsabu f'riskju li jiġu żviluppati. Fi kliemhom, ir-residenti spjegaw li għamlu dan sabiex "naraw b'għajnejna x'jista' jintilef".

Il-paġna 'Leħen il-Qrendi', li tellgħet ritratti u filmati meħuda minn din il-mixja, iddeskriviet is-sens sabiħ ta' komunità li spikka matul din il-mixja filwaqt li esprimiet it-tama tagħha li l-messaġġ jiġi mismugħ.

Ritratt:

Facebook / Leħen il-Qrendi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI