Il-Cancer Research and Innovation Hub Malta (CRIHM) qed jistieden lill-pubbliku għal seminar b’xejn, bħala parti mill-kampanja nazzjonali SHOW YOUR FACE FOR CANCER RESEARCH.
Is-seminar, li se jsir bil-Malti, se jiffoka fuq l-importanza tal-iscreening għall-kanċer, kif nagħrfu sinjali ta’ twissija u meta għandna nfittxu parir mediku.
Professjonisti tas-saħħa u riċerkaturi se jaqsmu informazzjoni utli dwar il-programmi ta’ screening disponibbli, l-importanza li sintomi suspettużi jiġu evalwati fil-ħin u l-appoġġ li jingħata lill-pazjenti u lill-familji tagħhom.
Dawk li jattendu se jkollhom ukoll l-opportunità li jitgħallmu dwar ir-riċerka innovattiva li għaddejja f’Malta, fosthom studji li qed jesploraw metodi ġodda għas-sejbien u t-trattament tal-kanċer.
Facebook/ Movember