Sena wara l-oħra, proprju fil-11 ta' Novembru, fl-iskejjel Maltin it-tfal jingħataw il-famuża borża ta' San Martin li jkun fiha taħlita ta' ikel, frott u ħelu; tradizzjoni li ilha tiġi osservata f'pajjiżna għal mijiet ta' snin.
Tradizzjonalment, il-borża ta' San Martin tinkludi l-lewż u l-ġewż, il-qastan, it-tin imqadded, il-mandolin u l-larinġ, it-tuffieħ, il-ġellewż kif ukoll xi ħelu u frott.
Din id-drawwa taf l-oriġini tagħha 'il fuq minn elf sena ilu meta jingħad li San Martin, li kien suldat Ruman, qasam il-mantell tiegħu ma' tallab li kien qed isofri l-kesħa. Għaldaqstant, illum il-ġurnata, il-borża titqies bħala simbolu tal-istess ġenerożità li kien wera San Martin.
Intom tosservawha din it-tradizzjoni?
ChatGPT