Qed Tiġi Mfittxija Din Il-Kelba, Mallow – Ara Kif Tista’ Tkun Ta’ Għajnuna

kelba

Appell għall-għajnuna mill-pubbliku biex tinstab Mallow, kelba li ġiet irrappurtata nieqsa wara li ħarbet minn Ħaż-Żebbuġ nhar il-Ħadd 8 ta’ Novembru.

Skont is-sidien tagħha, Mallow ilha nieqsa għal madwar ġimgħa u dehret f’diversi lokalitajiet, fosthom Ħal Qormi, Ħal Farruġ u l-aħħar darba fis-Siġġiewi.

Kien hemm ukoll rapporti dwar dehriet possibbli tagħha fil-Mosta u n-Naxxar. Mallow tidher fir-ritratt bħala kelba ta’ lewn ċar u meta nħarbet kienet liebsa kullar roża b’AirTag imwaħħal miegħu.

Qed jiġi offrut premju ta’ €1,000 għal min isibha u jirritornaha. Il-pubbliku qed jintalab iżomm għajnejh miftuħa u, f’każ li jaraha, ma jipprovax jiġri warajha jew jaqbadha, għax tista’ taħrab.

Minflok, huwa importanti li min jaraha jieħu ritratt u jinforma lis-sidien immedjatament. Tgħin ħafna jekk kull min għandu Iphone, iżomm il-Bluetooth mixgħul f'każ li jkun fin-naħat viċin u jaqbad mal-AirTag.

Kull min għandu xi informazzjoni jista’ jċempel fuq +356 9929 3301 jew +356 9910 7250.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI