Ftira Għawdxija B’Differenza! Il-Maypole Tax-Xewkija B’Taħlita Ta’ Togħmiet Li Jqanqlu L-Aptit!

Il-ftira Għawdxija hija waħda mill-aktar ikliet tradizzjonali popolari fil-gżejjer Maltin, iżda Maypole ddeċidew li jagħtuha laqta differenti b'taħlita ta' ingredjenti li żgur se jqanqlu l-aptit ta' ħafna!

Fil-ħanut fix-Xewkija, Għawdex, Maypole qed joffru ftira Għawdxija li tgħaqqad il-pork belly, krema tal-irkotta u l-ġbejniet tradizzjonali. Taħlita interessanti li tlaqqa' t-togħmiet lokali ma' ingredjent li mhux soltu nsibuh f'din l-ikla tant maħbuba. Din il-ftira hija disponibbli esklussivament mill-ħanut tal-Maypole fix-Xewkija, u għalhekk dawk li jkunu qed iżuru Għawdex għandhom opportunità jippruvaw xi ħaġa differenti.

Jekk tħobbu l-ftira Għawdxija u dejjem lesti tesperimentaw b'togħmiet ġodda, din tista' tkun għażla għalikom!

Intom kieku titħajru tipprovawha jew forsi diġà doqtuha?

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI