Analiżi Tat-Temperaturi Ta’ Novembru F’Malta Mill-2021 ’L Hawn Turi Li Novembru Ta’ Din Is-Sena Kien L-Aktar Sħun

Il-paġna ta’ Facebook ‘Aġġornament tat-Temp’ wettqet analiżi tat-temperaturi ta’ Novembru biex tqabbel is-snin mill-2021 sal-2026. Novembru ta’ din-sena huwa, bla dubju, l-aktar wieħed sħun f’dawn l-aħħar snin.

Fl-2021, l-ogħla temperatura kienet 19.3 gradi Celsius, filwaqt li l-aktar baxxa kienet 18.5 gradi Celsius. F’Novembru tal-2022, l-ogħla temperatura kienet 20.6 gradi Celsius, filwaqt li l-aktar baxxa kienet 16-il grad Celsius.

Fl-2023, ix-xahar ta’ Novembru rreġistra 21.6 gradi Celsius bħala l-ogħla temperatura u 20.7 gradi Celsius bħala l-aktar baxxa. L-2024 kienet simili ħafna għal din is-sena, bl-ogħla temperatura tkun 21.9 gradi Celsius u l-aktar baxxa 21.6 gradi Celsius.

Is-sena l-oħra, l-ogħla temperatura għal Novembru kienet 19.7 gradi Celsius, filwaqt li l-aktar baxxa kienet 19.2 gradi Celsius. U għalkemm iċ-ċifri għal din is-sena għadhom qed jiġu kkalkulati, s’issa l-ogħla temperatura kienet 22 grad Celsius u l-aktar baxxa 19-il grad Celsius.

Ritratt:

Facebook / Aġġornament tat-temp

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI