Wara xhur ta’ ħolm, stennija u immaġinazzjoni ta’ kif se jkun dan il-mument, fl-aħħar wasal il-jum li fih Kurt Galea, u l-familja tiegħu setgħu jżommu f’idejhom lil Kaiden.
B’emozzjoni kbira, Kurt , li nafuh bħala preżentatur mal-89.7 Bay, ħabbar il-wasla taċ-ċkejken Kaiden fid-dinja, filwaqt li qal li kemm ommu kif ukoll it-tarbija jinsabu f’saħħithom. L-isem Kaiden, li jfisser “gwerrier żgħir”, jidher li għandu tifsira saħansitra aktar speċjali għall-familja. Għalihom, iċ-ċkejken huwa l-ġellied tagħhom, it-tweġiba għal talb tant mixtieq u l-isbaħ żieda li setgħet issir fil-familja tagħhom.
Bil-wasla tiegħu, kollox inbidel, iżda hija bidla li l-familja Galea qed tilqa’ b’qalb miftuħa u b’imħabba bla qies. Kaiden issa għandu quddiemu ħajja sħiħa ta’ mħabba, waqt li l-ġenituri tiegħu jibdew kapitlu ġdid, mimli memorji, tbissim u mumenti li jibqgħu għal dejjem f’qalbhom.
It-Tim ta' Gwida.mt jifirħilhom mill-qalb għal din il-wasla tant ħerqana!
Facebook/Kurt Galea