Illum hi data memorabbli għall-kantanta lokali Dorothy Bezzina u żewġha Karl. Dan hekk kif fil-familja tagħhom laqgħu lil binhom Michele, propju ħames snin ilu.
"Awguri f'għeluq il-ħames snin tiegħek, għażiż ibni! X’privileġġ li qed inrabbik," kitbet Dorothy. Hi qasmet diversi ritratti mill-isbaħ għall-okkażjoni fosthom meta kien għadu ferm iżgħar iċ-ċkejken Michele.
Tesprimi mħabbitha lejh u tapprezza kull mument li titgħallem minnu. Awguri mill-qalb lil Michele!
Facebook/ Dorothy Bezzina