L-Uffiċċju Meteoroloġiku ħareġ twissija għall-kundizzjonijiet ta’ riħ qawwi li mistennija jolqtu lil Malta u Għawdex. Ir-riħ mill-Majjistral huwa mistenni jkun qawwi f’żoni esposti, b’intensità li tista’ tilħaq Forza 6 fuq l-iskala Beaufort. Din it-twissija tibqa’ valida sad-9pm tal-lum.
Skont it-tbassir tat-temp, il-kundizzjonijiet mistennija jibqgħu bir-riħ anke għada l-Ħadd, b’sema parzjalment imsaħħab. Intant, il-previżjoni għat-temp għall-ġimgħa d-dieħla tindika l-possibbiltà ta’ ħalbiet tax-xita matul it-Tlieta u l-Erbgħa.
It-temperaturi naqsu ukoll b’mod drastiku hekk kif bħalissa t-temperatura hija ta’ 18 gradi Celsius.