Ritmay Spiteri Tkompli Tikteb L-Istorja Tagħha Fil-K1 Wara Li Rebħet It-Tieni Ġlieda Professjonali Tagħha

Kburija kbira għal Malta wara li Ritmay Spiteri kisbet rebħa oħra fil-karriera professjonali tagħha fil-K1, f’ġlieda li saret nhar is-27 ta’ Novembru waqt l-MTGP Fight Night.

Ritmay, li għal ħafna hija magħrufa wkoll bħala “The Doctor”, telgħet fir-ring għat-tieni ġlieda professjonali tagħha fil-kategorija Featherweight, taħt ir-regoli tal-K1. Din id-darba kellha quddiemha sfida iebsa kontra l-Franċiża-Ġappuniża Madeleine Miyamatsu.

Miyamatsu daħlet għal din il-ġlieda b’rekord professjonali impressjonanti ta’ 11-il ġlieda, bi 8 rebħiet u 3 telfiet, iżda Ritmay uriet il-qawwa u d-determinazzjoni tagħha. Il-ġlieda spiċċat fit-tieni round, meta Ritmay kisbet rebħa permezz ta’ Technical Knockout (TKO).

Rebħa li mhux biss iżżid kapitlu ieħor mal-karriera tagħha, iżda wkoll tagħti raġuni oħra lil ħafna Maltin biex ikunu kburin bit-talent u d-dedikazzjoni tagħha.

Ritratt:

Instagram/notorious.t.v

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI