“Raġel B’Qalb Tad-Deheb” – Celaine Buhagiar Bugeja Lill-Kollega Ludwig Galea F’Għeluq Sninu

Ludwig Galea Awgurju

Illum jagħlaq sninu Ludwig Galea, kantant lokali li jgħaddi kemm jgħaddi żmien, jibqa' wieħed mill-aqwa vuċijiet maskili fil-gżejjer Maltin.

Persuna artistika u mżewwaqt b'talent kbir. Wieħed mill-ambaxxaturi ta' Malta fil-Eurovision, u anke direttur artistiku f'diversi produzzjonijiet. Jieħu sehem f'bosta avvenimenti prestiġjużi u dejjem jirnexxielu jsaħħar dawk li jkunu fl-udjenza.

Bosta ħbieb u kollegi awgurawlu f'dan il-jum, fosthom il-preżentatriċi u żeffiena lokali Celaine Buhagiar Bugeja. Ludwig u Celaine ħadmu f'diversi produzzjonijiet ta' Dancel Dance Studio, fejn Ludwig kien id-direttur artistiku.

Celaine tesprimi kemm Ludwig huwa ħabib ġenwin, u persuna b'qalb tad-deheb. Tiktiblu messaġġ biex tawguralu ħafna affarijiet sbieħ f'jum għeluq sninu.

"Bejn l-esperjenzi kreattivi tagħna, id-daħk kontinwu u argumenti leġġendarji (li wħud minnhom jistħoqqilhom saħansitra spettaklu teatrali huma stess)... Jalla l-ħajja tirritornalek l-imħabba u l-qalb tajba kollha li tant ġentilment tagħti lill-oħrajn... Inħobbok, għażiż."

Awguri mill-qalb Ludwig, f'isem it-tim ta' Gwida.mt Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI