Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Records qasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn rigward record nazzjonali ġdid li lbieraħ ingħata lil Jamie Cardona.
Huma qalu, “Il-bieraħ The Malta Records konna preżenti għad-dramm miktub u mtella’ minn Jamie Cardona bl-isem ta’ ‘Mid-Djarju ta’ Student fi Skola tal-Knisja’. Storja mill-aktar ħelwa u tal-ogħla livell li l-pubbliku inġenerali mhux ta’ min jitlifha.”
Żiedu, “Ġewwa Theatre Next Door saret il-preżentazzjoni ta’ rekord nazzjonali ġdid bħala l-aktar dramm b’ammont ta’ rapreżentazzjonijiet fil-gżejjer Maltin. Id-dramm tal-bieraħ kien jimmarka l-71 wieħed. Inħeġġu lill-pubbliku biex jibbukkja post fit-teatru ħa jesperjenza wieħed mill-aqwa atturi jirreċta bħala solista. Grazzi Jamie u j’Alla tkompli tferraħ lill-poplu Malti bit-talenti tiegħek.”
Facebook/Jamie Cardona