Sharon Osbourne Mifnija Bl-Uġigħ Waqt Il-Funeral Ta’ Żewġha Ozzy

Għal aktar minn 40 sena, Sharon u Ozzy kitbu storja ta’ mħabba mżewqa b’mumenti mill-isbaħ u oħrajn mill-agħar. Għalkemm kellhom relazzjoni turbulenti fejn saħansittra kien hemm attentat ta’ qtil involut, it-tnejn dejjem tennew li ma jistgħux jgħixu mingħajr xulxin. Infatti, sal-aħħar ta’ ħajjet Ozzy, Sharon kienet dejjem maġenbu.

Sharon kienet fost l-aktar figuri importanti fil-funeral ta’ żewġha li sar illum, fejn kienet tidher mifnija bl-uġigħ. Dehret iżżomm idejn uliedha hekk kif sellmet għall-aħħar darba lil żewġha. F’mument sentimentali, Sharon sellmet ukoll lil eluf preżenti li lkoll marru jsellmu lil Ozzy.

Għalkemm ma tkellmitx pubblikament, il-preżenza tagħha kienet biżżejjed biex tfisser l-imħabba eterna tagħha lejn Ozzy.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI