Fil-jiem li għaddew, id-ditta Knorr provdiet “194 ikla tal-għaġin imsajjar” lil Fondazzjoni St Jeanne Antide. Il-paġna tal-Fondazzjoni qalet li l-kok popolari Sean Gravina, li huwa wkoll l-Ambaxxatur ta’ Knorr, “kien responsabbli għall-preparazzjoni ta’ dawn l-ikliet.”
“Għal Knorr Malta, din kienet attività tar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva… Grazzi Knorr Malta għall-ġurnata tas-solidarjetà soċjali tiegħek u talli għażilt lill-NGO tagħna,” ġie miktub fuq il-paġna ta’ Facebook.
X’hemm isbaħ milli ngħinu lil min hu fil-bżonn, speċjalment fi żminijiet diffiċli bħal dawn fejn għaddejjin minn pandemija globali. Awguri Sean u prosit tal-inizjattiva!
Facebook/Sean Gravina