L-attur lokali Davide Tucci jitkellem dwar il-film Grieg ‘Minore’ li fih naraw storja li hija komika iżda fl-istess waqt tal-biża’ u li hija bbażżata madwar grupp ta’ mużiċisti li jsibu rwieħhom jiġġieldu għal ħajjithom kontra numru ta’ kreaturi perikolużi li jattakkaw in-nies tal-lokal.
F’dan il-film Tucci jinterpreta l-parti ewlenija ta’ William, baħri b’passjoni liema bħalha għall-mużika li jmur Ateni sabiex ifittex lil missieru iżda jispiċċa jiltaqa’ ma’ dawn il-mużiċisti.
“Immaġina film tal-mostri, imma Grieg, tal-biża’ imma fl-istess ħin kummiedja, bil-mużika, imma wkoll sabiħ,” jistqarr l-attur li jiddeskrivi l-film ‘Minore’ bħala wieħed mill-iżjed films strambi li qatt ħadem fih iżda l-iżjed wieħed għal qalbu wkoll.
Il-film ‘Minore’ mistenni jixxandar fi Spazju Kreattiv ġewwa l-Belt Valletta fl-1 u fit-2 t’Awwissu. Tista’ tidħol hawn għal iżjed tagħrif.
Prosit lill-attur Davide Tucci!
Ritratti: Facebook / Davide Tucci