"Aħna Mhux Ngħollu Prezzijiet, Il-Prezzijiet Qegħdin Jingħataw Lilna Bil-Għoli” – Sid Ta’ Ħanut Tal-Merċa

Kwistjoni li bħalissa hija fuq fomm prattikament kulħadd hija dik li tirrigwardja ż-żieda fil-prezzijiet ta’ prodotti bażiċi li wieħed jiġi bżonn fil-ħajja ta’ kuljum. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Malta, News, Photos and People qasmu mas-segwaċi kitba ta’ sid ta’ ħanut tal-merċa li tkellem dwar din is-sitwazzjoni.



Huwa beda billi qal, “ħafna jilmentaw fil-ħwienet iż-żgħar tagħna. Aħna mhux ngħollu prezzijiet. Il-prezzijiet qegħdin jingħataw lilna bil-għoli. Il-qliegħ fuq kull prodott għalina hu wieħed żgħir ħafna bien ma ngħidx li f'xi każi hu miżeru.”

Żied billi qal li, “jekk nagħmlu dak li jgħidulu parallel trading - jiġifieri nġibu l-istess prodott partikolari bi prezz irħas mingħand xi ħadd ieħor minn barra, nispiċċaw nitwarrbu. Din hi s-sitwazzjoni tagħna l-ħwienet iż-żgħar.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI