Xi ħaġa sabiħa ħafna li jkun hawn aktar tfal u adoloxxenti li jkomplu jaħdmu bis-sħiħ fuq il-karriera sportiva tagħhom. Hu san li nrawwmu lill-ġenerazzjonijiet dwar il-benefiċċji tal-isports u l-eżerċizzju. Aktar prezzjużi minn hekk iżda, huwa t-tagħlim li jibqgħu iġorru kull fejn ikunu f’ħajjithom.
Il-preżentatriċi Joanna Camilleri kitbet dwar 2k Charity Swim 2024 li minnha ser jibbenefikaw Puttinu Cares. “L-għawma annwali tagħna għall-Karità! National Sport School Malta hi iktar minn sports u l-akkademiku. Ngħallmu lill-istudenti tagħna valuri sodi għall-ħajja.”
Prosit Joanna u dawk kollha involuti. Kemm hu sabiħ li tagħmel dak li tħobb u għandek passjoni għalih u fl-istess ħin tgħin lil min hu fil-bżonn!
Facebook/ Joanna Camilleri