Ħafna Ixxukkjati Wara L-Episodju Tal-Bieraħ Ta' Division 7!

Resqin lejn it-tmiem ta’ sin is-sensiela tant popolari, u kif ktibna lbieraħ kien ser ikun hemm xi mwiet f’din id-drama. Għal min ma rax l-episodju tal-bieraħ, jista’ jagħmel dan billi jidħol HAWN, jagħżel ‘L-Erbgħa’ u jsegwi d-drama. 

X’ġara l-bieraħ? 

Kien hemm ħafna min-nies li kkumentaw u ħasbu li Karl ser imut, manadakollu kulħadd kellu tweġiba tajba għax spiċċaw biex mietu t-tlieta li huma; Karl, il-Brimbu u Ġanni l-Aħmar.

Karl (Redeemer Galea) jammetti kollox ma’ Lorenzo u dan spiċċa qatlu b’arma tan-nar fuq wara tal-karozza. Redeemer qal, “Kull bidu għandu tmiem tiegħu u hekk wasal it-tmiem ta’ Karl. Vjaġġ li beda sa mill-ewwel ġurnata eżattament ‘l fuq minn 5 snin ilu …fejn attendejt prova ma’ DBA u minn hemm iltqajt għall-ewwel darba ma’ din il-familja”.





Ġanni L-Aħmar (Clint Grech) Il-Ministru jqabbad lil Reno l-Grokk biex jeħles minn dan wara li kien qatilu lil martu. Reno jqabbad lill-Brimbu biex joqtlu hu. Il-Brimbu uża sikkina li provdielu Reno u ħanxar għonq Ġanni. Li ma kienx jaf il-Brimbu kien li Ġanni kien ġie mqabbad mill-ministru stess biex jeħlislu minn martu wara li kienet taqlibielu. Iżda dan kien ser jikxef lil ministru fuq ordni tal-avukat tiegħu stess. Issa l-ministru jista’ jserraħ rasu!

Clint kiteb jirringrazzja lil DBA, “Grazzi kbira lil DBA talli afdawli il-parti ta’ Ġanni l-aħmar speċjalment lil Jason Zerafa Glen Callus”



Fl-aħħar u mhux l-inqas il-Brimbu (Davide Tucci) jħallina wkoll. Wara li dan ħeles minn Ġanni mar dritt għand Reno biex jikkonfermalu li kien qatlu, il-Brimbu jħeġġeġ lil Reno biex iġiblu l-flus li wiegħdu biex jeħles mid-Dondon. Reno jieħu minn moħħ il-Brimbu l-moħbiet kollha li kellu fid-dar tiegħu. Fil-pront Reno jdaħħal is-sikkina f’ġenb il-Brimbu u jħallih jiżvina. Qatlu biex jieħu l-flus minn għandu kif ukoll waħda mit-tfal ta’ Reno hija l-infermiera li l-Brimbu prova joqtol fl-aħħar staġun wara li kienet ser tikxfu. 

Tgħid kif ser tiżvolġi l-istorja? Il-Ġimgħa d-dieħla jkompli Division 7!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI