Mil-lum daħlet fis-seħħ miżura ġdida mħabbra mill-Chris Bonett, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, li se tagħti aktar flessibbiltà lis-sidien ta’ vetturi bi pjanċi ħomor.
Il-Ministru Bonett ħabbar li, “Mil-lum, kif imwiegħed kull min għandu vettura bi pjanċi ħomor se jkun jista’ jużaha kull nhar ta’ Ġimgħa ġurnata sħiħa apparti s-Sibtijiet u l-Ħdud.”
Din id-deċiżjoni tfisser li vetturi li għandhom pjanċi ħomor, li normalment ikunu soġġetti għal restrizzjonijiet speċifiċi ta’ użu, issa se jkunu jistgħu jintużaw ukoll il-Ġimgħa tul il-ġurnata kollha, u mhux biss fi tmiem il-ġimgħa.
Il-miżura kienet imwiegħda bħala parti minn impenn biex jinħolqu soluzzjonijiet aktar prattiċi għal min juża din it-tip ta’ vettura, filwaqt li jinżamm bilanċ bejn il-ħtiġijiet tas-sidien u l-ġestjoni tat-traffiku fit-toroq Maltin.
Il-Ministru enfasizza li dan il-pass juri li qed jisimgħu u jirrispondi għat-tħassib taċ-ċittadini, u jwettqu dak li jkun imwiegħed. L-introduzzjoni ta’ din il-bidla mistennija tintlaqa’ b’sodisfazzjon lil diversi sidien ta’ vetturi bi pjanċi ħomor, li issa se jkollhom ġurnata addizzjonali ta’ użu fil-ġimgħa.
Din il-miżura tidħol fis-seħħ immedjatament, u mil-lum stess is-sidien jistgħu jibbenefikaw minn din il-flessibbiltà ġdida.
Facebook / Chris Bonett