Andrew Azzopardi tkellem fuq il-midja soċjali dwar is-sitwazzjoni tal-qtugħ tad-dawl u l-impatt li din qed tħalli fuq diversi persuni.
Azzopardi sostna li s-sitwazzjoni ilha li marret lil hinn minn sempliċi problema teknika, filwaqt li ġibed l-attenzjoni wkoll lejn il-ħaddiema tal-Enemalta li qed ikollhom jaffaċċjaw sitwazzjoni diffiċli. “Dak li qed ngħaddu lill-ħaddiema tal-Enemalta mhuwiex sew u rridu nirringrazjawhom,” kiteb Azzopardi, filwaqt li żied jgħid li “l-impatt fuq il-poplu huwa enormi.”
Huwa semma wkoll diversi fatturi li qed ipoġġu aktar pressjoni fuq is-servizz, fosthom iż-żieda fil-popolazzjoni, temperaturi għoljin matul is-sajf u l-ammont ta’ turisti li jkunu fil-pajjiż f’dan iż-żmien tas-sena.
Fil-messaġġ tiegħu, Azzopardi saħaq fuq il-ħtieġa li tittieħed azzjoni konkreta sabiex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni, hekk kif id-dawl jibqa’ servizz bażiku u essenzjali fil-ħajja ta’ kuljum.
Facebook/ Andrew Azzopardi