Christa Cilia qasmet ritratt ta’ kelb fuq il-paġna soċjali tagħha sabiex twassal l-istorja tiegħu, storja fejn turi li ħajtu nbidlet kompletament.
Skont dak li kitbet, dan il-kelb kien jinżamm ġo gallinar tat-tiġieġ, iżda għall-grazzja t’Alla llum ir-realtà tiegħu hija waħda ferm differenti.“Kien miżmum ġo gallinar tat-tiġieġ u issa għal ħajja ta’ re,” kitbet Christa.
Permezz ta’ dan il-kliem Christa Cilia setgħet turi l-bidla mill-isbaħ fil-ħajja ta’ dan il-kelb, li issa jidher li qed jingħata l-imħabba u l-kura li jistħoqqlu, daqs kull animal ieħor. Dan il-kelb tista’ tgħid huwa wieħed fost dawk li ġew salvati. Mhux l-ewwel darba li nisimgħu bi stejjer ta’ moħqrija jew ta’ swied il-qalb u dan kollu jindika li hemm barra għad hemm annimali jokorbu għall-għajnuna.
Għaldaqstant stejjer bħal dawn ifakkruna li kull tip t’għajnuna tista’ tagħmel differenza kbira.
Facebook/ Christa Cilia