Victorio Gauci qasam messaġġ mill-isbaħ fuq il-paġna soċjali tiegħu fejn iddedikah lill-ġenituri tiegħu hekk kif illum qegħdin jiċċelebraw anniversarju ieħor flimkien.
Fil-messaġġ tiegħu, Victorio tkellem dwar l-imħabba u l-għaqda li l-ġenituri tiegħu rnexxielhom joħolqu fil-familja tagħhom matul is-snin. Huwa stqarr li ħafna mill-affarijiet sbieħ li llum igawdi mal-familja tiegħu bdew proprju mill-ġenituri tiegħu. Żied jgħid li jħossu grat ħafna li hu, martu u t-tliet uliedhom jistgħu jesperjenzaw l-imħabba u l-għaqda tal-familja li l-ġenituri tiegħu bnew matul is-snin.
Victorio rringrazzjahom ukoll għall-ħafna memorji sbieħ li tawhom u għal-lezzjoni importanti li dejjem għallmuhom – li l-familja hija fost l-isbaħ rigali tal-ħajja. “Happy Anniversary mum and dad!” temm jgħid Victorio, filwaqt li awguralhom sena oħra ta’ daħk, sapport u memorji sbieħ flimkien.
Nawgurawlhom aktar snin mimlija mħabba u kuntentizza flimkien!
Facebook/ Victorio Gauci