Ilbieraħ, fuq il-programm Serataron, fost il-mistiedna speċjali kien hemm Fabrizio Faniello kif ukoll Griż. Dawn ikantaw flimkien verżjoni ġdida tad-diska oriġinali “Another Summer Night” li Fabrizion kien rebaħ biha il-Eurovision tas-sena 2001.
Il-lirika hija dwar Griż li kien għaddej minn Strada Rjali u ltaqa’ man-nanna Roż. Din tistaqsih fejn sejjer u hu jgħidilha li kien ser jixtri pastizzi u qassatat. Iżda din tgħidlu aħjar jagħmel dieta! Imma Griż irid jiekol il-ġelati u ċ-ċiċċri f’nofs it-triq maz-zija Joyce u n-nanna Mer. In-nanna toffrilu biex isajjarlu l-imqarrun imma Griż jibqa’ ma jridx jaf.
Tul id-diska naraw ukoll lil Mario Morales kif ukoll lil Emmy Bezzina bil-passatur f’rasu flimkien ma’ Caroline Paris jiżfnu u joqomsu lkoll flimkien.
Grazzi lil Serataron talli dejjem jirnexxielhom ipoġġulna t-tbissima fuq wiċċna.
Facebook / Serataron